B’effett mit-02/07/2021, il-ligi dwar l-ezenzjoni mit-Taxxa tal-Boll ghall-First Time Buyers giet emedata sabiex jibbenefikaw ukoll mill-istess ezenzjoni dawk l-individwi illi diga huma sidien ta’ garaxx ta’ mhux iktar minn 30 metru kwadru u se jixtru l-ewwel propjetà residenzjali taghhom.
Ghaldaqstant, dawk l-individwi kollha li se jixtru l-ewwel propjetà residenzjali taghhom se jkunu eligibbli ghall-iskema tal-First Time Buyers anke jekk dawn huma sidien ta’ garage ta’ mhux iktar minn 30 metru kwadru.
Mill-banda l-ohra, dawk l-individwi kollha li gia ghamlu l-kuntratt taghhom (skema tapplika minn 09/06/2020) u huma intitolati ghal din l-iskema ghandhom jitolbu ghal rifuzjoni tat-Taxxa tal-Boll skont kif kienu eligibbli dakinhar tal-kuntratt. Ghaldaqstant, dawk l-individwi kollha li huma intitolati ghal rifizjoni huma mitluba jibghatu email lid-Dipartiment tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq capitaltrasfers.cfr@gov.mt jew icemplu fuq 22998110.
Comments