top of page

Ghalfejn kuntratt ma’ jistax jigi ppublikat mil-lum ghal ghada?

Writer's picture: Clara GrixtiClara Grixti


Sabiex jigi ppublikat kuntratt, in-nutar irid ikollu f’idejh dokumenti varji in ordni u skont il-ligi. Il-ligi titlob dokumenti illi n-nutar mhux dejjem ikollu kontroll fuq iz-zmien illi jistghu jiehdu u dan stante illi dawn jiddependu minn persuni terzi u/jew minn Awtoritajiet kompetenti. Hafna drabi d-dokumenti li nutar ikollu bzonn, huma li gejjin:-


  1. Site Plan Originali tal-proprjeta immarkata u ttimbrata mill-Perit kif ukoll Skeda Tmienja (skont il-kaz) - Dawn huma obbligu tal-Kompratur (Min qieghed jixtri);

  2. Energy Performance Certificate (EPC). Dan id-dokument huwa obbligu tal-venditur (Min qieghed ibiegh)

  3. Form E - Din ir-ricerka fuq l-Art/Proprjeta tintalab minghand ir-registru tal-Artijiet wara illi n-Nutar ikun ircieva is-site plan originali minghand il-Kompratur. Risposta minghand ir-Registru tal-Artijiet tintbghat lin-Nutar wara li tkun giet konkluza.

  4. Awtorizzazjonijiet mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u dan sabiex ikun jista’ isir il-bejgh (Specjalment f’kazijiet fejn ikun hemm persuni barranin involuti);

  5. Awtorizzazjonijiet mill-Qrati Maltin fejn ikun hemm il-htiega;

  6. Ricerki - Dawn jinkludu kemm dawk mir-Registru Pubbliku kif ukoll dawk mill-Qorti. Jinkludu ukoll kopji ta’ kuntratti jew testmenti minghand in-Nutar tal-Gvern kif ukoll risposti mill-Kurja u/jew Knejjes u/jew Banek skont il-Kaz.

Apparti dawn id-dokumenti fuq imsemmija hemm bosta ricerki u/jew dokumenti ohra skont il-kaz tal-individwu in kwistjoni. In-nutar wara li jigbor dan kollu, jkun hemm bzonn illi jara r-ricerki kollha involuti kif ukoll kwalunkwe kuntratti u/jew testmenti sabiex jara illi hemm kollox in ordni, li l-proprjeta qatt ma giet trasferita u jekk ghandiex ipoteki fuqha li jridu jigu ridotti, posponuti u/jew kancellati.


Meta Kuntratt ikollu ukoll self mill-bank, in-Nutar wara li jkollu l-file konkluz jibghatu l-bank sabiex jigi ukoll iccekjajt min-naha taghhom sabiex jaraw huwiex sodisfacenti ghal bank sabiex jinhareg is-self lill-klijent.


Tislijiet,

272 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


  • Whatsapp
  • Instagram
  • Facebook

Mobile Number: +356 79825318

©2022 by Notary Clara Farrugia Grixti

bottom of page