top of page
Writer's pictureClara Grixti

Ic-Cens Perpetwu


Ic-Cens Perpetwu huwa cens illi jista' jibqa' jithallas ad infinitum (ghal dejjem) izda li f'kwalunkwe zmien jista' jigi mifdi. Hafna drabi cnus perpetwi jistghu jigu mifdija billi l-enfitewta (dak li jkun qieghed ihallas ic-cens) ihallas sa ghoxrin darba iktar il-prezz tac-cens lid-direttarju (lil min huwa dovut ic-cens) u dan sakemm ma jinghadx mod iehor fil-kuntratt originali tal-Enfitewsi (meta jkun gie imponut ic-cens ghall-ewwel darba). Meta c-cens ikun wiehed perpetwu l-enfitewta ghandu d-dritt illi jifdi dan c-cens, u ghaldaqstant hadd ma jkun jista' jopponi dan id-dritt.


Ic-cens perpetwu jista' jinfeda permezz ta' kuntratt pubbliku bejn il-partijiet in kwistjoni jew inkella permezz ta' cedola fil-qorti.


Hafna huma dawk illi jistaqsu: Imma allura x'inhi d-differenza bejn fidi b'cedola u fidi b'kuntratt? Hafna drabi meta l-kuntratt tal-enfitewsi ma jkollux kundizzjonijiet imposti fuqu, huwa bizzejjed illi wiehed jifdi b'cedola u dan ghaliex ikun gie eliminat l-obbligu li jithallas ic-cens. Izda, meta jkun hemm kundizzjonijiet imposti fuq il-kuntratt tal-enfitewsi (Ezempju: Ma jistax ikun hemm bini ta' iktar minn zewg sulari) huwa rekomandat illi c-cens jinfeda b'kuntratt u dan sabiex jelimina kemm l-obbligu tal-hlas tac-cens kif ukoll kwalunkwe kundizzjonijiet imposti fic-cens originali.



Tislijiet,

in-Nutar Dr. Clara Farrugia Grixti




253 views0 comments

Comentários


bottom of page