Meta individwu ikun qieghed ibiegh proprjeta’ illi huwa jkun xtara f’dawn l-ahhar hames snin it-taxxa fuq it-trasferiment tal-proprjeta’ tigi kkalkulata bir-rata ta’ 5% fuq il-prezz tal-immobbli u mhux b’rati izjed gholjin. Ovjament il-proprjeta immobbli li qieghda tigi mibjugha ma tridx tkun il-proprjeta residenzjali tal-istess individwu u dan peress illi f’kazijiet fejn l-immobbli jintuza bhala residenza jistghu japplikaw rati ta’ taxxa orhos.
Importanti:- Sabiex tapplika din ir-rata l-individwu ma jridx ikun zviluppa l-proprjeta li jkun xtara jew qasmha f’iktar minn unit wiehed.
Taxxa ta’ 5% fuq il-valur tal-immobbli tapplika f’kazijiet bhal meta individwu jixtri appartament u jbiegh l-istess appartament fi zmien hames snin.
Tislijiet,
in-Nutar Dr. Clara Farrugia Grixti
Jekk il-proprjeta ilha iktar minn hames snin ghandek u qatt ma kienet residenza jiddependi meta tkun akkwistajtha. Jekk inxtrat wara 2004 bl-8% jekk inxtrat qabel bit-10%.
Tislijiet,
In-Nutar Clara
Meta jkollok it-tieni propjetà u ila ftit iktar minn hames snin, kemm trid tħallas taxxa fuqha. Qatt ma kienet id-dar residenzjali.