1) Testmenti Ordinarji
Testmenti illi huma atti notarili. Individwu imur ghand in-Nutar tal fiducja tieghu u jiddikjara kif u b’liema mod dak kollu li ghandu ser jinqasam wara l-mewt tieghu/taghha. In-Nutar jiehu nota tax-xewqat tat-testatur u jfassal it-testment. It-testment imbaghad jigi moqri quddiem zewg xhieda u wara jigi ffirmat. It-testment jinzamm fil-maghluq fl-arkivji tan-nutar u l-ebda persuna ma jkollha access ghalih. In-nutar jirregistra illi sar testment minn dik il-persuna fir-Registru Pubbliku ta’ Malta u dan sabiex jekk l-individwu jigi nieqes, il-pubbliku jkun jaf fejn jista’ jsib it-testment tal-mejjet. Kulhadd jista’ jiccekja jekk individwu ghamilx testment jew le u dan permezz ta' ricerka fir-Registru Pubbliku. Il-Kontenut tat-testment innifsu mill-banda l-ohra huwa sigriet u hadd ma jista’ jarah sakemm it-testatur ghadu haj.
L-uniku haga li taghmel dan it-tip ta’ testment PUBBLIKU huwa l-fatt illi l-pubbliku jista’ jkun jaf jekk individwu ghamilx testment jew le. Il-kontenut tat-testment ghandu dejjem jibqa sigriet sal-mewt tat-testatur.
2) Testmenti Sigrieti
It-Testatur jista’ jiddeciedi illi jaghmel testment sigriet liema testment ma jigix registrat fir-Registru Pubbliku. B’dan il-mod il-Pubbliku ma jkunx jaf jekk individwu partikolari ghandux testment jew le. Testment sigriet jigi depozitat fil-Qrati ta’ Malta - Gurisdizzjoni Voluntarja u jigi mizmum fl-istess arkivju minflok ghand in-nutar. Id-differenza bejn testment pubbliku u testment sigriet hija illi l-pubbliku f'kaz ta' testment sigriet ma jistax ikun jaf jekk sarx testment jew le. Huwa biss wara l-mewt tal-individwu illi l-pubbliku jista jkun jaf jekk sarx xi testment sigriet.
3) Testmenti Unica Charta
Il-Mizzewgin jistghu jaghmlu testment jew separatament jew inkella flimkien bhala koppja. Meta l-mizzewwgin jaghzlu illi t-testment taghhom ikun dak unica charta hawnhekk it-testment taghhom ikun maqsum f’zewg partijiet: sezzjoni li tirrigwardja x-xewqat ta’ kull wiehed mit-testaturi.
Tislijiet,
In-Nutar Dr. Clara Farrugia Grixti
Comentarios