top of page
Writer's pictureClara Grixti

X’inhi d-differenza bejn ‘depozitu akkont tal-prezz’ u ‘kappara’ ?




Fuq konvenju hafna drabi min qieghed jixtri jhallas somma li hija parti mis-somma tal-bejgh finali - depozitu akkont tal-prezz jew kappara. Hafna drabi d-depozitu jikkostitwixxi 10% tal-prezz ghalkemm dan jista’ jigi varjat jekk bi ftehim bejn il-partijiet.


Meta jithallas depozitu fuq il-konvenju ma jfissirx illi l-ezekuzzjoni tal-bejgh bdiet. Aktar minn hekk sezzjoni 1359 tal-Kodici Civili jghid illi jekk somma thallset bhala kapparra , l-ebda mill-partijiet ma jkunu obbligati illi jersqu ghall-kuntratt finali. Izda, jekk il-kuntratt ma jsehhx, dan igib mieghu certi konsegwenzi:-


1. Jekk il-kompratur (min qieghed jixtri) ma jidhirx fuq l-Att finali allura awtomatikament jitlef id-depozitu; 2. Jekk il-venditur (min qieghed ibiegh) ma jidhirx fuq l-Att finali allura hawnhekk huwa jkollu jhalles lix-xerrej id-doppju tas-somma illi tkun thallset bhala kappara.


Izda jekk depozitu jkun thallas akkont tal-prezz fuq il-konvenju, is-somma mhallsa tkun ikkunsidrata bhala parti mis-somma fuq l-Att finali tal-bejgh. F’dan il-kaz iz-zewg partijiet huma obbligati illi jidhru fuq l-Att finali.


119 views0 comments

Comments


bottom of page