top of page

X'inhi d-differenza bejn legat u pre-legat?

Writer's picture: Clara GrixtiClara Grixti

Meta nghidu li individwu thalla xi legat fit-testment inkunu qed infissru li fit-testment il-mejjet ikun halla xi haga specifika lil xi individwu partikolari. Ezempju:- Maria fit-testment taghha kitbet illi hija qieghda thalli somma flus lil Dwardu. F’dan il-kaz Dwardu jitqies bhala legatarju.




Meta nghidu li individwu thalla xi pre-legat fit-testment inkunu qed infissru illi l-individwu in kwistjoni thalla kemm bhala eredi kif ukoll bhala legatarju. Ezempju:- Chantelle halliet liz-zewgt uliedha Daniel u Paul bhala eredi universali pero xtaqet illi ic-curkett tad-djamanti li r-ragel taghha kien tahha f’gheluq sninha thallih lil Paul. F’dan il-kaz peress illi Paul huwa kemm eredi kif ukoll thalla xi haga specifika nistghu nqisu lil Paul bhala pre-legatarju.


Il-gurnata t-tajba.

Tislijiet,

183 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


  • Whatsapp
  • Instagram
  • Facebook

Mobile Number: +356 79825318

©2022 by Notary Clara Farrugia Grixti

bottom of page