top of page
Writer's pictureClara Grixti

X’inhu il-proċess wara li jmut individwu?




1. Tghaddi l-karta tal-identita’ lir-Registru Pubbliku. Wara xi ftit gimghat illi r-Registru Pubbliku jirregistra l-mewt tal-individwu wiehed ikun jista’ jigbor ic-certfikat tal-mejjet jew inkella jordnah online. 2. Ic-certifikat tal-mewt hafna drabi jghaddi ghand in-nutar sabiex jihu ordnati r-ricerki testamentarji fejn wiehed ikun jista’ jiccekja jekk il-mejjet kellux testment pubbliku u/jew testment sigriet.

3. Isiru ukoll ricerki mal-banek u/jew istituti finanzjari ohrajn bhal Malta Stock Exchange sabiex l-eredi jkunu jistghu jircievu l-istess flejjes illi jkunu wirtu skont it-testment u/jew skont il-ligi.

4. Individwu jista’ wkoll jitlob illi jsiru ricerki sabiex wiehed jassigura illi t-trasferimenti u l-ipoteki tal-mejjet huma kollha in ordni u kwalunkwe immobbli illi kien akkwist il-mejjet matul hajtu gew inkluzi fl-Att ta’ Dikjarazzjoni Causa Mortis.

5. Kif ikun hemm id-dokumentazzjoni kollha li hemm bzonn in-nutar jipprocedi sabiex tigi ppublikata Id-Dikjarazzjoni Causa Mortis, u tkun tista’ tithallas it-taxxa relevanti.

6. Huwa importanti li l-eredi u/jew il-legatarji jersqu ghall-Att ta’ Dikjarazzjoni Causa Mortis sa mhux aktar minn sitt xhur u/jew minn sena wara l-mewt tal-mejjet skont il-kaz. Wara il-perjodu ta’ sitt xhur wiehed jista’ jitlef mill-beneficcju ta’ taxxa irhas (jekk ikun japplika il-kaz) filwaqt illi l-eredi u/jew il-legatarji wara l-perjodu ta’ sena jibdew jiddekorru 8% imghaxx kull sena fuq l-ammont ta’ taxxa dovuta.


222 views0 comments

Comments


bottom of page