Nutar Clara Farrugia Grixti, Notary Public and Commissioner for Oaths

Inheritance · 12 November 2022

Proprjeta` Parafernali

Hafna individwi jistaqsuni jekk dak li ghadhom kemm ircevew/wirtu jitqiesx taghhom biss jew inkella jifforma parti mill-Komunjoni tal-Akkwisti u jrid jinqasam bejn il-mizzewgin.

Meta proprjeta’ u/jew flejjes jigu trasferiti lill-individwu kkoncernat permezz ta’ donazzjoni Rrevokabbli (titolu gratwit) minghand il-genituri u/jew b’wirt, l-istess proprjeta` u/jew flejjes jitqiesu li jappartjenu lil dak l-individwu partikolari biss. Dan ifisser li l-parti l-ohra fiz-zwieg ma jkolliex parti minn dak li jigi trasferit bit-titoli hawn fuq imsemmija.

Importanti li wiehed jifhem illi f’sitwazzjonijiet fejn din l-istess proprjeta tinbiegh mill-parti li tkun irceviethom, il-qliegh u/jew il-frott illi johrog mill-istess bejgh u/jew investiment imbaghad jibda jitqies tal-mizzewgin f’ishma ugwali bejniethom.

Il-Gurnata t-tajba!

Tislijiet,
Nutar Dr. Clara Farrugia Grixti

← All articles